EasyManuals Logo
Home>Jungheinrich>Touch terminals>WMT 21 Series

Jungheinrich WMT 21 Series User Manual

Jungheinrich WMT 21 Series
28 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Page #19 background imageLoading...
Page #19 background image
© Jungheinrich AG, Friedrich-Ebert-Damm 129, 22047 Hamburg v1.0 19
MT
Jungheinrich WMT 210 / 215
Struzzjonijiet għat-tħaddim
1. Użu maħsub
It-terminals WMT tal-vetturi Jungheinrich ġew żviluppati
apposta għall-użu fuq trakkijiet industrijali fl-ambjenti loġistiċi
u industrijali.
It-terminal jista’ jitħaddem u jinħażen taħt il-kundizzjonijiet li
ġejjin:
Temperatura waqt it-tħaddim -30°C sa +50°C
Temperatura waqt il-ħażna -40°C sa +80°C
Umdità tal-arja waqt it-tħaddim u l-ħażna 10 % sa 95 %
mingħajr kondensazzjoni.
It-terminal huwa protett kontra t-trab u l-ġettijiet tal-ilma skont
il-klassi ta' protezzjoni IP65.
L-użu f'atmosferi potenzjalment splussivi huwa pprojbit.
2. Tikketta tat-tip
It-tikketta tat-tip fuq in-naħa ta' wara tat-terminal fiha, fost
oħrajn, informazzjoni dwar:
It-tikketta tal-konfigurazzjoni (Figura I, punt 1)
In-numru tas-serje (Figura I, punt 2)
Indirizz WLAN MAC (Figura I, punt 3)
3. L-installazzjoni tal-brekit tal-immuntar
TWISSIJA!
Ix-xogħol ta' installazzjoni fuq it-terminal għandu jsir biss
minn speċjalisti mħarrġa fuq l-elettriku meta dan ikun fi stat
sigur u mingħajr vultaġġ.
Installa l-brekit tal-immuntar (Figura II, punt 6) fuq it-terminal
billi tuża l-viti fornuti fis-sekwenza li ġejja minn ġewwa għal
barra:
Nord-Lock woxer -> Brekit -> Nord-Lock woxer-> Vit b’ras sokit
eżagonali (SW 6 mm) -> Kaver protettiv
3.1. L-installazzjoni ta' brekit VESA
Alternattivament, it-terminal jista' jiġi installat bi brekit xierqa
bl-u ta' mudell tat-toqba VESA 75 (Fig. II, punt 4). Eż.
Installazzjoni RAM.
Kamini tal-vit: M6, torque: 8 Nm (rakkomandat)
Fond massimu tal-kamin fl-iskorfini tal-inserzjoni: 6 mm
Nota
Il-miżuri tas-sigurtà rilevanti jridu dejjem jiġu osservati meta
jintmissu komponenti sensittivi għall-elettrostatika. (DIN
EN61340-5-1 / DIN EN 61340-5-2).
Meta tagħżel il-pożizzjoni tal-installazzjoni, iridu jitqiesu l-
limitazzjonijiet possibbli tal-kamp viżiv tas-sewwieq u s-
sewqan sikur.
4. Installazzjoni
4.1. Iftaħ il-kaver tax-xaft għall-manutenzjoni
Neħħi l-viti tal-kaver tax-xaft għall-manutenzjoni (Fig. II, punt
5) billi tuża t-tornavit Torx Tx20. Għolli l-kaver tax-xaft għall-
manutenzjoni lejn ix-xellug u neħħih mit-terminal.
4.2. Kif tqabbad il-kejbils
Qabbad il-kejbils kollha meħtieġa ġewwa x-xaft tal-
manutenzjoni. Uża l-anelli (Fig. III, punt 9) biex tiżgura l-
klassi tal-protezzjoni IP65. L-anelli għandhom slot fuq il-ġenb
biex jiddaħħlu l-kejbils.
4.3. Kif tqabbad is-sors tal-vultaġġ
Skont il-verżjoni, it-terminal huwa fornut bi 12 V sa 48 V DC
permezz ta' plakka b'4 pinnijiet (Phoenix Contact MC 1.5/ 4-
STF-3.81), (Fig. III, punt 7).
1: Ert funzjonali 2: 0 V DC 3: Ignixin 4: +12 sa 48 V DC
L-ertjar għall-qafas tal-vettura jsir permezz ta' plakek tal-
kuntatt ċatti 2x1.5mm² (Fig. III, punt 8).
Attenzjoni!
Il-konduttur protettiv irid jitwaħħal fi kwalunkwe każ.
Mingħajr konduttur protettiv, hemm riskju ta' vultaġġ żejjed fit-
terminal.
Il-provvista tal-elettriku trid tkun ipprovduta bi fjuż:
7 A f'12 V DC; 4 A f'24 V DC; 2 A f'48 V DC.
L-applikazzjoni tal-vultaġġ għar-rilaxx tal-kuntatt twassal lit-
terminal tal-vettura biex jinxtegħel awtomatikament.
4.4. Agħlaq il-kaver tax-xaft għall-manutenzjoni
Wara li tlesti x-xogħol, erġa' waħħal il-kaver tax-xaft għall-
manutenzjoni li tneħħa qabel mat-terminal billi tuża l-viti.
Waqt l-installazzjoni, kun żgur li l-anelli huma ppożizzjonati
b'mod korrett (Fig. III, punt 9).
5. L-attivazzjoni tat-terminal
Wara li t-terminal ikun tqabbad mas-sors tal-vultaġġ u x-xaft
għall-manutenzjoni jkun ingħalaq mill-ġdid, it-terminal jista'
jitħaddem.
Biex tagħmel dan, agħfas il-buttuna Power-On fuq in-naħa ta'
quddiem għal madwar sekonda (Fig. IV, punt 10).
Nota
Biex tevita l-kondensazzjoni, tixgħelx it-terminal qabel ma jkun
aġġustat għat-temperatura tal-kamra.
Jekk it-terminal juri ħsara evidenti, eż. ikkawżata minn
kundizzjonijiet ta' tħaddim/ħażna ħżiena jew immaniġġjar
mhux xieraq, dan irid jintefa' immedjatament u jiġi protett
kontra startjar mhux intenzjonat.
6. Tindif
Nota
Uża biċċa drapp mingħajr trab, ftit imxarrba b'aġent tat-tindif
xieraq għal displejs TFT biex tnaddaf it-touchscreen.
Uża aġent għat-tindif tal-ħġieġ disponibbli b'mod kummerċjali
b'kontenut baxx ta' alkoħol biex tnaddaf bl-ilma.
7. Ftuħ tat-terminal
Il-ftuħ tat-terminal (għajr għax-xaft għall-manutenzjoni) minn
persunal speċjalizzat mhux awtorizzat minn Jungheinrich
huwa pprojbit u jwassal biex titħassar il-garanzija.
8. Appoġġ u manwal
Għal aktar informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni u t-tħaddim
tat-terminal, ara:
https://support-rdt.jungheinrich.com/
9. DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-UE
SIMPLIFIKATA
Jungheinrich Aktiengesellschaft b'dan jiddikjara li t-tip ta'
tagħmir tar-radju msemmi hawn fuq jikkonforma mad-
Direttiva 2014/53/UE. It-test sħiħ tad-Dikjarazzjoni tal-
Konformità tal-UE huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet li
ġej:
www.jungheinrich.com/declaration-of-conformity

Other manuals for Jungheinrich WMT 21 Series

Questions and Answers:

Question and Answer IconNeed help?

Do you have a question about the Jungheinrich WMT 21 Series and is the answer not in the manual?

Jungheinrich WMT 21 Series Specifications

General IconGeneral
BrandJungheinrich
ModelWMT 21 Series
CategoryTouch terminals
LanguageEnglish

Related product manuals